F05 – Iċċelebra!
Din l-attività ta’ ġestjoni tappartjeni għall-grupp Għeluq tal-Proġett. Dan il-grupp ta’ attività jsir meta l-prodott tal-proġett ikun komplut, jew meta tiddeċiedi li tikkanċella l-proġett.
F’dan l-istadju, wasal iż-żmien li ssir ċelebrazzjoni għall-membri tat-tim jew għall-organizzazzjoni usa’. Wara din l-attività, it-tim tal-proġett jiġi rilaxxat.
Għan
Dan huwa investiment għal proġetti futuri, billi jfakkar lin-nies li lkoll qed jaħdmu lejn l-istess għan.
Riskji komuni
Żgura li huwa avveniment pjaċevoli u li jibqgħu jiftakruh u mhux avveniment korporattiv bla gost li jintilef b’diskorsi twal.
Prinċipji
Il-prinċipji li ġejjin għandhom rwol sinifikanti f'din l-attività ta' ġestjoni:
- NUP4: Ftakar li katina hija b'saħħitha daqs l-iktar ħolqa dgħajfa tagħha.
- NUP5: Tagħmel xejn mingħajr skop ċar.
Note: NUPP is not translated into Malti yet. If you're interested, you can join the community of contributors and translate it: more information is available on the translation guide.