A10 – Mexxi komunikazzjoni ffukata

Din l-attività ta’ ġestjoni tappartjeni għall-grupp Bidu tal-Proġett. Dan il-grupp ta’ attivitajiet jitmexxew fil-bidu biex iħejjuna għall-proġett.


Dendel strixxun fl-organizzazzjoni tagħkom biex tħabbru l-bidu tal-proġett (jew ekwivalenti għal timijiet virtwali), u ibgħat email lil kulħadd biex tispjegaw għaliex l-organizzazzjoni ddeċidiet li twettaq il-proġett u x’inhuma l-benefiċċji.

Għan

F’ħafna organizzazzjonijiet, il-proġetti jibdew u jispiċċaw mingħajr indikazzjoni ċara, u ħafna mill-impjegati (u anke l-maniġers) ma jafux il-firxa ta’ proġetti li qed iseħħu fl-organizzazzjoni. Dan, imbagħad, iwassal biex kulħadd ikun iffukat fuq l-attivitajiet speċjalizzati tiegħu mingħajr ma jkollu sens tal-proġett kollu kemm hu, u mingħajr ma jkun jista’ jallinja ruħu mal-għanijiet u jikkollabora kif suppost ma’ kulħadd. Il-komunikazzjoni ffukata hija opportunità biex jiġu evitati xi wħud minn dawn il-kwistjonijiet billi jinħoloq impenn u tiġi inkoraġġuta l-kollaborazzjoni.

Żbalji komuni

Ma tistax tkun fl-aqwa tiegħek sakemm ma tkunx eċċitat dwar il-proġett, u meta tkun, għandek tkun kapaċi tikkomunika dak l-eċċitament fil-komunikazzjonijiet tiegħek u toħloq sentiment simili f’ħaddieħor. Evita komunikazzjonijiet niexfa u boring.

Prinċipji

Il-prinċipji li ġejjin għandhom rwol sinifikanti f'din l-attività ta' ġestjoni:

Note: NUPP is not translated into Malti yet. If you're interested, you can join the community of contributors and translate it: more information is available on the translation guide.