P5.express

Is-sistema minimalista ta' ġestjoni tal-portafoll

Manwal


X’inhi P5.express?

P5.express hija sistema minimalista u prattika għal portafolli ta’ programmi u proġetti. Huwa faċli biex titgħallmu, faċli biex tużah, u faċli biex tgħallmu.

P5.express huwa miftuħ u bla ħlas, b’Liċenzja ta’ Attribuzzjoni Creative Commons.

Għaliex P5.express?

Għax ħafna riżorsi dwar il-ġestjoni ta’ portafolli ta’ programmi u proġetti huma biss gwidi li jipprovdu pariri ġenerali. M’hemmx ħafna riżorsi li jipprovdu pjan direzzjonali (metodoloġija) li jista’ jiġi implimentat u l-ftit li jeżistu huma kkumplikati wisq.

Ħafna organizzazzjonijiet m’għandhomx sistema strutturata ta’ ġestjoni tal-portafolli, li tagħmel il-ġestjoni tal-programmi u l-proġetti tagħhom aktar ikkumplikata u tiswa ħafna flus u tagħmel ħsara lir-reputazzjoni tagħhom.

P5.express hija mfassla biex tiġi implimentata faċilment fil-biċċa l-kbira tal-organizzazzjonijiet, tipprovdi vantaġġi bl-inqas sforz possibbli f’perjodu ta’ żmien relattivament qasir.

Kif taħdem P5.express?

P5.express tuża sistema ċiklika biex tagħmel l-attivitajiet aktar sempliċi u regolari. Hemm Ċikli ta’ 6 Xhur, ta’ Kull Xahar, u ta’ Kuljum, kull wieħed jiffoka fuq aspett wieħed tal-attivitajiet ta’ ġestjoni.

Minbarra l-proċess, hemm 5 dokumenti ta’ ġestjoni u żewġ rwoli.

P5.express hija deskritta bis-sħiħ fil-manwal online tagħha.

Riżorsi għall-kowċis

Jekk inti kowċ, tista’ tgħallem il-P5.express fil-korsijiet jew fil-workshops tiegħek billi tuża s-sett standard ta’ slides.

L-ekosistema tal-proġett

OMIMO huwa familja tal-moduli li ġejjin, kull wieħed iddisinjat biex isolvi sett differenti ta’ problemi. M’hemmx modulu wieħed li hu “l-aħjar”, iżda l-għażla t-tajba tiddependi mis-sitwazzjoni tiegħek. Minflok ma tagħżel l-aktar tip popolari ta’ modulu, identifika l-problemi ewlenin tiegħek, imbagħad agħżel il-modulu li jindirizzahom l-aħjar.
Livell 5Livell 4Livell 3Livell 2Livell 1PortafollĠestjoniĠestjoniĠestjoniProġettĠestjoniTimĠestjoniKompituĠestjoniKumpass tal-Imġieba tal-MexxejP5.expressP4.expressP3.expressP2.expressP1.expressmicro.P3.expressNUPP

Avviżi

L-aġġornamenti importanti kollha dwar il-moduli tal-OMIMO huma mħabbra hawn. Jekk inti interessat li tuża jew tikkontribwixxi għall-moduli, l-aħjar li tibqa’ infurmat dwar dawn l-avviżi b’wieħed mit-tliet metodi li ġejjin:

LinkedInEmailRSS

The latest announcements (only in English):