---
title: Kejjel u rappurta l-prestazzjoni
acode: C01
principles:
  - 4
  - 5
---

Kejjel il-prestazzjoni tal-proġett meta mqabbla mal-għanijiet tiegħu, u ħejji tbassir realistiku għall-miri (eż., ħin u spiża). Ipprepara rapport wieħed, jew rapporti multipli, b'fokus fuq it-tbassir, ibgħathom lil diversi partijiet interessati, u ċċekkja magħhom biex tiżgura ruħek li rċevew u fehmu r-rapport.

Iċċekkja l-lista tal-partijiet interessati fid-**Deskrizzjoni tal-Proġett** biex tiżgura ruħek li kull wieħed minnhom irċieva rapport xieraq. Jekk tirrealizza li l-format attwali tar-rapport mhuwiex adattat għal parti interessata, irrevedi l-format jew iddisinja alternattiva ġdida, u żid din l-informazzjoni mal-lista tal-partijiet interessati.


## Għan

L-iskop ewlieni huwa li nifhmu fejn ninsabu meta mqabbla mal-miri u l-għanijiet, li se jintużaw biex nirkupraw mid-devjazzjonijiet mill-aktar fis possibbli. L-iskop sekondarju huwa li l-partijiet interessati rilevanti jinżammu infurmati dwar l-istatus tal-proġett, li min-naħa tiegħu joħloq fiduċja u aktar potenzjal għall-kollaborazzjoni.


## Żbalji komuni

Ikkunsidra dan li ġej biex tevita l-iżbalji l-aktar komuni f'din l-attività ta' ġestjoni:
* Tippruvax tkun wisq preċiż bil-kejl -- sib il-livell ottimali ta' preċiżjoni u dettall li jista' jservi l-iskop.
* Oqgħod attent x'tkejjel: Il-kejl kollu jrid jaqbel mal-miri u l-għanijiet tal-proġett aktar milli, pereżempju, mal-ammont ta' riżorsi minfuqa.
* Żomm ir-rapporti qosra, sempliċi, ċari, u ffukati fuq il-miżuri effettivi tal-progress. Jekk tibgħat rapport dettaljat lil xi partijiet interessati, kun żgur li tibgħatilhom ukoll verżjoni qasira ta' paġna waħda.
